Kappillan ġdid għall-parroċċa tal-Kalkara

L-Arċisqof Pawlu Cremona ħatar lil Dun Ronnie Zammit bħala Kappillan ġdid għall-Parroċċa ta’ San Ġużepp fil-Kalkara. Dun Ronnie li għandu 31 sena ġie ordnat saċerdot f’Lulju ta’ erba’ snin ilu u wara li serva bil-ħidma pastorali tiegħu fil-Parroċċa ta’ Sant’Elena f’Birkirkara, ħadem għal dawn l-aħħar tliet snin fil-Parroċċa ta’ Marija Annunzjata f’Ħal Tarxien bħala viċi-kappillan.

Dun Ronnie li hu minn Ħ’Attard huwa ggradwat mill-Università ta’ Malta fil-Filosofija u t-Teoloġija u se jkun qed imexxi l-ewwel parroċċa tiegħu li tinkorpora 3,010 persuni f’ 900 familja.