Kappillan ġdid għall-parroċċa tal-Imġarr

L-Arċidjoċesi ta’ Malta ħabbret li l-Imġarr, Malta se jkollu kappillan ġdid. L-Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Dun George J. Schembri għall-parroċċa ta’ Santa Marija.

Dun George Schembri twieled fit-8 ta’ Frar 1985 u kien ordnat saċerdot fid-29 ta’ Ġunju 2012.

Huwa beda l-ħidma pastorali tiegħu bħala viċi kappillan fil-Paroċċa tal-Imqabba, viċi arċipriet fil-paroċċa taż-Żurrieq kif ukoll viċi kappillan fil-paroċċa tal-Imġarr. Dun George Schembri serva wkoll bħala konsulent reliġjuż f’diversi skejjel statali.

L-istqarrija tgħid li l-parroċċa tal-Imġarr tiġbor fiha madwar 3.900 persuna f’1.300 familja.