Kappillan f’Birkirkara b’eżempju għall-ħarsien tal-ambjent

Il-Kappillan Fr Reuben Deguara mill-Parroċċa ta’ Santa Marija Birkirkara appella biex kulħadd jagħmel il-parti tiegħu sabiex jitnaqqas it-tinġis fl-arja.

Huwa għamel riflessjoni fid-dawl tal-enċiklika tal-Papa Franġisku Laudato Si li fost oħrajn titratta l-ħarsien tal-ambjent.

Il-Kappillan qal li ma kull nifs li wieħed jieħu jibla’ kwantita kbira ta’ duħħan minn karburanti li jintużaw biex wieħed issajjar jew isaħħan. Żied li t-tniġġis tal-arja li jġib il-mard huwa kkawżat mill-mezzi ta’ trasport, tal-fabbriki, minn rimi ta’ sustanzi li jħallu kimika aċiduża fil-ħamrija u minn kimiċi oħra valenużi.

Fir-riflessjoni tiegħu l-Kappillan spjega li l-Parroċċa qiegħda tagħmel il-parti tagħha biex tnaqqas it-tniġġis tal-arja fost l-oħrajn billi nstallat il-panelli fotovoltaiċi.

Il-Kappillan appella biex kulħadd jagħmel il-parti tiegħu anke jekk flok il-karozza wieħed imur bil-mixi jew imur minn post għall-ieħor bir-rota.

Riflessjoni tal-Kappillan fuq il-Laudato Si’“Man-nifs li nieħdu qed nibilgħu kwantitajiet għolja ta’ duħħan minn…

Posted by Parrocca Santa Marija – Birkirkara on Wednesday, September 9, 2020