Kappella tingħata ħajja ġdida

Ġie approvat il-permess sabiex jibda r-restawr fuq il-kappella ta’ Santa Katarina tar-Rabat.
Il-kappella, magħrufa aktar bħala Santa Katarina tad-Daħla, li tinsab fi triq bejn ir-Rabat u Ħad-Dingli, se tgħaddi minn restawr estensiv.
Fost l-oħrajn se jsir xogħol fuq il-faċċata tal-kappella, fl-art ta’ madwar il-kappella kif ukoll f’biċċa art fil-ġenb tal-kappella.
Ir-restawr se jsir skont metodu ta’ approvat u r-restawr se jkun imħares minn uffiċjali fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar.