​Kapitlu ieħor ġdid għall-ASA

Ilbieraħ filgħaxija ġiet organizzata l-Laqgħa Generali Annwali tal-Aquatic Sports Association (ASA) f’lukanda prominenti fil-Floriana.
F’din il-laqgħa importanti saru l-elezzjonijiet għall-karigi ta’ Viċi President għall-Għawm u għall-Water Polo u Segretarju Ġenerali.
It-tliet nominati ma’ ġewx ikkontestati u allura ġew maħtura unanimament, Mark Galea bħala Viċi President tal-Għawm, Karl Galea bħala Viċi President tal-Water Polo u Rita Azzopardi se tkun is-Segretarju Ġenerali tal-ASA.
Qabel din l-elezzjoni Anthony Scicluna CEO tal-BOV ippreżenta l-premijiet tal-Aqwa Plejers tal-Kampjonat Premier u tal-Ewwel Diviżjoni, lil Matthew Zammit ta’ San Ġiljan ASC u Sean Xerri de Caro ta’ Marsaxlokk ASC.
Fl-aħħarnett il-President tal-ASA Joe Caruana Curran ta memento lil Marco Manara bħala ringrazzjament għall-ħidma tiegħu bħala Segretarju Ġenerali, matul dawn l-aħħar sentejn.