Kap tat-turiżmu tal-Irlanda jirriżenja wara btala fl-Italja

Creidt: Sky News

Il-kap tal-korp tal-promozzjoni tat-turiżmu tal-Irlanda rriżenja wara li ġie żvelat li mar btala l-Italja minkejja l-parir tal-Gvern biex il-pubbliku ma jivvjaġġax barra mill-pajjiż.

Wara rapporti stqarrew li kien imsiefer, Michael Cawley ikkonferma li huwa kien fuq “vaganza tal-familja pjanata minn qabel fl-Italja”.

Cawley, li huwa wkoll direttur ta’ Ryanair u serva bħala kap tal-finanzi tal-linja tal-ajru u deputat kap tal-kumpanija, ħabbar li peress li ma jridx din il-kwistjoni ssir distrazzjoni mix-xogħol importanti li qed jsir fl-industrija tat-turiżmu Irlandiż, iddeċieda li wara sitt snin jirriżenja mill-pożizzjoni tiegħu. 

Bħala sinjal ta’solidarjetà ma’ l-industrija, u biex jgħin lill-pajjiż jerġa’ jiftaħ l-iskejjel b’mod sigur, il-Gvern u d-dipartiment tiegħu ħeġġew lin-nies biex jivvjaġġaw fl-Irlanda stess din is-sena.