Kap tal-waterpolo Taljan u champion tad-dinja f’Malta jħarreġ plejers lokali

Read in English.

Il-plejers tal-waterpolo fis- Sliema ASC BMIT Technologies Academy Aquatic Academy akkwistaw opportunità ta’ darba li jitħarrġu maċ-champion Taljan u l-kaptan tal-Sette Bello Pietro Figlioli u biex jieħdu pariri professjonali  mingħandu. Pietro bħalissa qiegħed iżur Malta biex iħarreġ lill-membri żgħar tal-akkademja matul l-istaġun.

Il-plejer internazzjonali Brażiljan, li kkompeta għall-Awstralja fl-Olimpjadi tal-2004 u 2008 u għall-Italja fl-2012 u fl-2016, rebaħ żewġ midalji għall-Italja, il-pajjiż li addottah.

Matul iż-żjara tiegħu f’Malta u fl-akkademja Pietro qatta’ ħafna mill-ħin fl-ilma ma’ subien jgħaddilhom l-għarfien tiegħu tal-logħba u jgħinhom jipperfezzjonaw it-teknika tagħhom. Huwa ffirma wkoll t-shirts tad-ditta għal dawk kollha li jattendu l-kamp ta’ taħriġ.

Riċentement il-BMIT Technologies iffirmat ftehim ta’ sponsorjar ta’ sentejn mal-akkademja tas-Sliema Aquatic li tinkludi drittijiet ta’ nomina u tistabbilixxi l-BMIT Technologies bħala l-isponsor ewlieni ta’ din l-akkademja tal-għawm popolari.

Matul dan l-istaġun tal-waterpolo l-iskwadri kollha bejn l-U11s u l-U20s kif ukoll l-iskwadra tal-għawm Sliema ASC se jġorru s-Sliema ASC BMIT Technologies Academy bħala l-isem uffiċjali għat-timijiet u fuq il-kits tagħhom.