Kap PN: Diskussi llejla r-rakkomandazzjonijiet

Il-Kunsill Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista se jiltaqa’ fis-7.30 tal-lejla biex jiddiskuti r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv dwar l-Imġiba Xierqa u Etika tal-PN dwar l-allegazzjonijiet fil-konfront tal-kandidat għall-Kap tal-PN, Adrian Delia.
Sorsi qrib il-PN qalu ma’ Newsbook.com.mt li llejla l-Kumitat se jiddeċiedi x’passi se jieħu fiċ-ċirkostanzi li nqalgħu fl-aħħar jiem.
Il-Kunsill Aministrattiv iltaqa’ fuq talba tal-Kunsillier Charlot Cassar. Nhar it-Tnejn li għadda, il-Kunsill ta jumejn ċans lill-Kumitat Konsultattiv biex jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu.
Newsbook.com.mt huwa infurmat li Dr Delia u anke t-tliet kontestanti l-oħra għall-Kap tal-PN, ilbieraħ dehru quddiem il-Kumitat.