Aġġornata: Kap Nazzjonalista ġdid jinħatar fl-4 ta’ Mejju

Waqt laqgħa tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, ġie deċiż li l-Kap il-ġdid jkun maħtur nhar is-Sibt 4 ta’ Mejju. F’każ li jkun hemm bżonn, aktar votazzjonijiet isiru fit-8 u l-10 ta’ Mejju.

In-nomini għall-kap tal-partit jiftħu minn nhar it-Tlieta 2 t’April, sal-Ġimgħa 5 t’April.

L-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista ltaqa’ l-Ħamis filgħaxija biex jiddiskuti r-riżultat tal-PN fl-elezzjoni ġenerali u l-proċess ta’ tiġdid bi tmexxija ġdida.

Għall-ħatra ta’ Viċi Kap, in-nominazzjonijiet se jintlaqgħu minn nhar is-Sibt 11 ta’ Mejju sat-Tlieta 14 ta’ Mejju, bl-elezzjoni ssir nhar is-Sibt 25 ta’ Mejju.

Il-ħatra tal-uffiċjali tal-PN, fosthom is-Segretarju Ġenerali, issir l-Erbgħa 5 ta’ Ġunju.

L-eżekuttiv iddeċieda wkoll id-distretti li se jċedu l-kandidati Nazzjonalisti li ġew eletti minn żewġ distretti.

Il-Kap tal-Partit Dr Lawrence Gonzi ċeda t-tieni distrett, il-Viċi Kap Simon Busuttil ċeda d-disa’ distrett, Robert arrigo ċeda d-disa’ distrett, Joe Cassar il-ħdax-il distrett, Tonio Fenech it-tnax-il distrett u George Pullicino l-għaxar distrett.