Kap Eżekuttiv ġdid għall-Partit Laburista

Gino Cauchi ġie maħtur Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista mill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Dr Joseph Muscat.

Hu se jkun qed jieħu post James Piscopo, li nħatar kap eżekuttiv ta’ Transport Malta, b’effett immedjat.

Gino Cauchi okkupa diversi karigi fi ħdan il-Partit Laburista għal bosta snin, u fl-aħħar leġislatura kien ukoll Deputat Parlamentari.