Kap Eżekuttiv ġdid għal Microsoft

Satya Nadella inħatar bħala l-Kap Eżekuttiv ġdid ta’ Microsoft.
Nadella li għandu 46 sena se jieħu post Steve Ballmer fi żmien importanti meta għandu jintlaħaq ftehim dwar Nokia u jsir bdil kontinwu fl-istrutturi tal-ġgant tas-software.  
Fl-istess waqt, Bill Gates, il-ko-fundatur ta’ Microsoft se jċedi postu bħala Ċermen tal-kumpanija. Huwa se jieħu t-titlu ta’ fundatur u konsulent dwar it-teknoloġija.
Nadella, li twieled l-Indja, ilu 20 sena mal-kumpanija u ħadem fuq sistemi għall-intrapriżi li wasslu għal żieda qawwija fil-qliegħ ta’ Microsoft.