Kaos fl-ajruporti ta’ Londra minħabba problemi tal-British Airways

Hemm kaos fl-ajurporti ta’ Londra minħabba problemi tekniċi bis-sistemi tal-IT tal-kumpanija tal-ajru British Airways.

Fi stqarrija, British Airways qalet li l-problema mhix waħda globali. Madanakollu, passiġġieri ġew avażati li titjiriet oħra madwar l-Ewropa jistgħu jiġu affettwati. British Airways qalet li bdiet tuża sistemi manwali biex tkompli topera.

Skont is-sit tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta l-ebda titjiriet bejn Malta u Londra ma ġew affettwati sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.