Kanzunetta tal-Milied mill-istudenti ta’ Maria Assumpta

L-istudenti tal-iskola Maria Assumpta flimkien mal-għalliema tagħhom għal dawn il-festi tal-Milied iddeċiedew li jidħlu għal proġett magħmul kollu kemm hu minnhom stess.

Waqt il-lezzjonijiet tal-Mużika, flimkien mal-għalliem Mark Cachia, l-istudenti kitbu u kantaw kanzunetta għall-awguri tal-Milied, bl-isem ovvjament ikun “Merry Christmas”. Imma dan mhux kollox, l-istudenti rnexxielhom jipproduċu wkoll filmat għal din il-kanzunetta li f’temp ta’ ftit jiem rawh iktar minn 1,900 darba.