Kanzunetta b’dedika lil nannitha li ħallietna

Il-kantanta żgħira Maria Curmi dan l-aħħar nediet il-kanzunetta Closer To You b’lirika tal-Muxu u mużika ta’ Gillian Attard. Il-vidjow ġie miġbud fil-bajja sabiħa ta’ Xewjni f’Għawdex.

Din il-kanzunetta hija ddedikata għan-nanniet ta’ Maria Curmi u b’mod speċjali lin-nanna tagħha Clara Vella, li tilfet ħajjieta u ħadet l-aħħar nifs tagħha akkumpanjata minn Maria, eżattament fl-istess post fejn il-vidjow tal-kanzunetta jispiċċa. 

Ir-recording tal-kanzunetta sar fi Gilkicker Studios filwaqt li l-vidjow ġie miġbud minn Ricky Bugeja Studios.