Kante kuntent ma’ Chelsea minkejja l-interess ta’ PSG

Il-liders tal-kampjonat Franċiż Paris St Germain qed isegwu mill-viċin il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Chelsea N’Golo Kante. Minkejja dan l-interess, Kante ma jidhirx illi jrid jiċċaqlaq minn Londra minħabba illi jinsab għal qalbu mal-Blues.
Fil-fatt f’kumment illi mal-ġurnal The Daily Express, il-plejer Franċiż ta’ 26 sena qal li jħossu qisu qiegħed id-dar fi Stamford Bridge u għandu x-xewqa jibqa’ għal ħafna iktar żmien hawnhekk.
Kante ilu sa mis-sena 2016 ma’ Chelsea fejn lagħab 61 partita u skorja żewġ gowls.