Kantata ta’ Olivier Friggieri fil-Furjana

Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Jannar fil-Knisja Arċipretali ta’ San Publju fil-Furjana se tittella’ ‘Ħodon Fjuri lil San Publju’, kantata bi kliem ta’ Oliver Friggieri u mużika miktuba mis-Surmast Ray Sciberras b’esekuzzjoni tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

Din hi t-tieni darba li din il-kantata se tkun esegwita għax l-ewwel darba li nsemgħet kien nhar it-30 ta’ Jannar fil-Konkatidral ta’ San Ġwann.

Se jieħdu sehem il Coro Bel Canto; is-Sopran, Kimberley Grech; it-Tenur, Charles Vincenti; il-Baxx, Albert Buttigieg u l-kantanta Dorothy Bezzina. Il-kunċert se jkollu narazzjoni ta’ Mario Xuereb.

Dan il-kunċert qiegħed jittella’ mill-gazzetta Il-Furjana bħala attività ta’ ġbir ta’ fondi biex isir l-Ark Trijonfali l-ġdid li nħaraq fis-27 ta’ April li għadda.

Il-pubbliku huwa mistenni jsib postu fis-6.45pm. Id-dħul huwa bla ħlas iżda l-udjenza se tkun mitluba li toffri donazzjoni li tmur għall-iskop biex isir l-Ark il-ġdid ta’ San Publju.

Is-serata se tkun taħt il-Patroċinju tal-President ta’ Malta George Vella.