Kantanti tal-Opra jmorru karaoke f’bar

Żewġ kantanti tal-opra, il-mezzo soprana Susan Graham, u t-tenur Paul Groves iddeċidew li jqattgħu lejl ġo Whispers, karaoke bar fl-Amerka. Dan kien wieħed mill-ftit iljieli li setgħu jqattgħu jiċċelebraw żmien il-festi hekk kif kull lejl ieħor kienu okkupati bil-provi tad-dramm mużikali The Merry Widow.
Waqt il-ħarġa tagħhom, iż-żewġ kantanti ħallew bosta nies imbellha waqt li kantaw uħud mill-ikbar diski madwar id-dinja bħal Bohemian Rhapsody tal-Queen u My Heart Will Go On ta’ Celine Dion.
Minkejja kollox, hekk kif ħadu drink jew tnejn żejda, il-lejl mużikali ġo dan il-bar reġa’ beda jixxiebah ma’ wieħed normali, fejn kulħadd iħawwad xi melodija jew tnejn.
Is-sid tal-bar tkellem u qal kif jinsab ferm kuntent li dawn il-kantanti marru fil-bar tiegħu u mlew il-post b’ħoss liema bħalu.