Kantanti Maltin joħorġu bl-unuri fil-Maċedonja

F’dan it-tmiem il-ġimgħa fil-belt ta’ Prilep, fil-Maċedonja ttella’ l-festival tal-kant tat-tfal bl-isem ta’ Asterisks fejn il-parteċipanti jkantaw siltiet oriġinali.

Il-parteċipanti f’dan il-festival iridu jkunu taħt l-14-il sena.

Maria Curmi kklassifikat fit-tielet post fl-ewwel kategorija bil-kanzunetta Closer 2 U, kompożizzjoni ta’ Gillian Attard u Muxu.

Fit-tieni kategorija Rihanna Marie Caruana  ġiet fl-ewwel post bil-kanzunetta Familiar, ukoll ta’ Gillian Attard u Muxu.

Fit-tielet kategorija Kimberly Ciantar kisbet it-tieni post bil-kanzunetta Timeless ta’ Gillian Attard u Muxu.

Fil-kategorija tad-dwetti Ike & Rihanna kisbu l-ewwel post bil-kanzunetta Feel Alive ta’ Gillian Attard, Owen Luellen u Muxu.

Id-delegazzjoni Maltija mmexxija minn Gillian Attard f’isem La Voix Studios ħallew impatt f’din il-kompetizzjoni, tant li l-kantanti li pparteċipaw, flimkien mad-delegazzjoni Maltija li akkumpanjathom ġew mistiedna beix jipparteċipaw f’festival ieħor tal-kant li se jsir fir-Russja s-sena d-dieħla.