Kantanta ta’ 9 snin fil-finali ta’ kompetizzjoni fir-Russja

Yulan Law

Wara li lbieraħ filgħaxija ntemmet l-esperjenza ta’ Giorgia Borg fil-kompetizzjoni televiżiva Britain’s Got Talent, artista żgħira oħra Maltija se tkun qed issemma’ l-vuċi tagħha barra minn xtutna.

Fil-fatt bejn l-Erbgħa 29 ta’ Mejju sal-Ġimgħa 1 ta’ Ġunju f’Artek fir-Russja se jkun qed jittella’ l-festival New Wave li fih se tkun qed tipparteċipa l-kantanta ta’ 9 snin Yulan Law.

Yulan Law waqt il-provi għall-festival New Wave

Din hija t-tielet darba li Malta qed ikollu rappreżentazzjoni f’dan il-festival. Fl-2015 kienet Gaia Cauchi li rebħitu u sena wara Ela Mangion kienet ġiet fit-tieni post.

Yulan Law fir-Russja

In-New Wave Festival huwa konkors kbir fil-Lvant u biex Law għaddiet, kellha tgħaddi minn kompetizzjoni iebsa, fejn għal bidu kien hemm kważi 100 parteċipant li minnhom għaddew 24 u finalment  spiċċaw il-11-il finalist fl-edizzjoni li tibda mil-lum.

Law se tkun qed tipparteċipa b’żewġ kanzunetti, waħda oriġinali u oħra cover version.

Hawn taħt il-wirja tagħha fil-fażi ta’ qabel li waslitha biex illum tkun qed tikkompeti fih u b’hekk issir l-iżgħar Maltija li daħlet għal din il-kompetizzjoni.

Awguri Yulan!