Kantanta li rebħet Sanremo ma tintagħżilx għal programm tal-kantant

Mument ferm imbarazzanti għall-kantanta Taljana Alessandra Druisan meta matul is-serata tal-provi tal-edizzjoni Taljana tal-programm The Voice lanqas biss intagħżlet.
Fis-snin li għaddew Druisan kienet rebħet il-festival ta’ Sanremo meta kienet tkanta fil-grupp Jalisse bil-kanzunetta Fiumi di parole u kienet ir-rappreżentat lill-Italja fil-Eurovision.
Jidher iżda li meta marret biex tittanta xortiha biex forsi tieħu sehem f’dan il-programm ħadd mill-kowċis ma kien kuntent bil-mod kif tkantat id-diska li kienet ta’ Riccardo Cocciante, Io Canto.
Il-ġurija kienet magħmula mill-veterana Raffaella Carrà, Noemi, Peiro Pelù u J-Ax.