Kanta, ilgħab u ixtri għall-Malta Community Chest Fund

Fiera u car boot sale se jkunu qed jittellgħu fil-Gżira bl-għan li jinġabru l-flus għall-Malta Community Chest Fund.
Fi stqarrija l-Kunsill Lokali tal-Gżira qal li nhar is-6 ta’ Mejju bejn id-9am u l-4pm se jkun hemm fiera b’kantanti, illużjonista, bouncy castle u trampolenes fost l-oħrajn. 
L-attività se tkun mifruxa minn Pjazza Arturo Colombo sal-bitħa tal-Iskola Primarja fi ħdan il-Kulleġġ Santa Klara.
Il-Kunsill qal li fost l-oħrajn se jkun hemm ukoll postijiet armati b’affarijiet għall-bejgħ li jinkludu lbies, kotba, oġġetti utli għad-dar, kif ukoll ikel u xorb.