Kant tal-Milied biex ikunu megħjuna tfal fi Rwanda u l-Burundi

Tfal fil-Burundi li se jibbenefikaw mill-kant tal-carols minn tfal sħabhom fil-Polonja

L-inizjattiva Pontifiċja  Pollakka ta’ Ħidma Missjunarja mal-Familji, Komunitajiet Parrokkjali u Skejjel din id-darba permezz ta’ Carols għal żmien dawn il-festi għandha bħala protagonisti tfal li b’dan il-mod jaqsmu l-ferħ tal-fidi ma tfal oħra f’pajjiżi missjunarji.

Din is-sena qed jinġabru fondi mit-tfal biex jgħinu lil sħabhom fi Rwanda u l-Burundi.  F’dawn iż-żewġ pajjiżi hemm bżonn urġenti li tittieħed kura ta’ tfal orfni li tilfu l-ġenituri tagħhom fil-gwerrer jew mard, fosthom l-AIDS. Hemm ukoll problema komuni u serja li tfal b’diżabilità jiġu abbandunati. Dawn jgħixu fit-toroq u jispiċċaw vittmi tat-traffikar, u tipi oħra ta’ kriminalità.

L-Isqof Artur G. Mizinski, Segretarju Ġenerali tal-Konferenza Episkopali Pollakka, f’konferenza stampa qabel beda l-kant tal-Innijiet tal-Milied, irringrazzja li dawk li jgħinu lit-tfal fid-djoċesijiet tagħhom biex f’dan iż-żmien jevanġelizzaw permezz tal-kant tal-Milied. “Nixtieq li dawk kollha li jilqgħu lit-tfal ikantaw l-għanjiet tal-Milied, jiftħu qalbhom u joffru għajnuna spiritwali u materjali għat-tfal fi Rwanda u Burundi”.

Min-naħa tiegħu Fr Thomasz Atlas, Direttur Nazzjonali tal-Opri Missjunarji Pontifiċi fil-Polonja fakkar li din hi s-26 sena li fiha qed tittieħed l-inizjattiva tal-kant tal-Innijiet tal-Milied. Din is-sena dan qed isir biex it-tfal fi Rwanda u Burundi jkollhom futur sigur li jressaqhom lejn il-Mulej li ġie fid-dinja għal kull persuna, bla eċċezzjoni.

Fl-2017 kienu nħabru €621,000 li bihom kienu megħjuna 101 proġett għat-tfal f’disa’ pajjiżi differenti madwar id-dinja. Is-sena l-oħra l-flus li nġabru marru biex jgħinu tfal fis-Sirja u l-Lebanon.