Kannabis mediċinali: Il-kumpanija interressata tispeċjalizza fil-marijuana rikreattiva – Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-abbozz ta’ liġi dwar il-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet mediċinali għandha nuqqasijiet kbar u saret bl-għaġla. 
Delia qal li dan l-abbozz ma joffri l-ebda garanzija biex ikun żgurat li Malta ma tmurx għall-produzzjoni tal-kannabis għal skopijiet ta’ rikreazzjoni. 
Huwa żvela li l-kumpanija li turi interess biex tinvesti f’dan il-qasam f’Malta, għandha passat li juri li tispeċjalizza fil-produzzjoni tal-marijuana għal skop rikreattiv. 
Il-Kap Nazzjonalista qal li l-Gvern irid jiżgura li l-liġi tibqa’ fuq kannabis mediċinali u din ma tinbidilx b’sempliċiment ta’ avviż legali.