Kane kuntent ma’ Tottenham

L-attakkant Ingliż ta’ Tottenham Hotspurs, Harry Kane, xejjen kull spekulazzjoni li jista’ jingħaqad mal-ġganti Spanjoli Real Madrid hekk kif wiegħed lit-tim tiegħu li jixtieq jibqa’ l-karriera kollha magħhom.
“Hawnhekk hawn ambjent ferm sabiħ, għandna skwadra magħquda, issa ser ikollna stejdjum ġdid u apparti minn hekk kollox jinsab għaddej ward u żahar bħalissa,” sostna Kane.
Il-plejer ta’ 24 sena rebaħ darbtejn iż-żarbun tad-deheb u qed jimmira illi jkompli jibrilla bil-flokk abjad ta’ Tottenham.
Meta mistoqsi fuq il-logħba iebsa illi għandhom barra minn darhom kontra Borussia Dortmund, Kane qal illi kollox huwa possibbli issa f’dan l-istadju tal-UEFA Champions League u t-tim għandu jibqa’ ffukat ħa jikseb l-iktar riżultati pożittivi possibbli.