Kane jirkupra sew mill-injury

Harry-Kane

L-attakkant ta’ Tottenham Harry Kane ħabbar li fadallu madwar ġimgħatejn biex jirritorna għat-taħriġ mat-tim. Il-captain tat-tim internazzjonali Ingliż spiċċa kellu jieqaf jilgħab minħabba li weġġa’ l-hamstring. Dan ġara fl-ewwel jum ta’ din is-sena u kien hemm iċ-ċans li jitlef l-Euro 2020.

Iżda ġietu tajba għax it-turnew ġie sospiż għas-sena d-dieħla u l-Premier League ġie sospiż ukoll. Mhux se tintlagħab logħba oħra qabel it-30 ta’ April u l-klabbs tal-Premier League għandhom jagħmlu laqgħa l-ġimgħa d-dieħla biex jiddiskutut s-sitwazzjoni f’aktar dettall.

Sakemm jiġu biex jilagħbu l-logħba li jmiss, Spurs se jkollhom lil Kane magħhom. Kane spjega kif ilu jaħdem u jagħmel ħiltu biex jerġa’ lura għal li kien. Qal li fadallu madwar ġimgħatejn oħra biex jreġġa’ lura n-nifs u jkun jista’ jilgħab mall-bqija.