Kane jiffirma sal-2024

L-attakkant prolifiku Harry Kane ffirma kuntratt ġdid ma’ Tottenham Hotspurs, b’valur ta’ £90 miljun imqassmin fuq perijodu ta’ sitt snin. Il-captain tat-tim nazzjonali Ingliż jaqla’ £100,000 fil-ġimgħa iżda l-paga tiegħu mistennija tirdoppja grazzi għal dan il-ftehim ġdid.
Dan ifisser li Kane huwa issa wieħed mill-aktar plejers mħallsa fil-kampjonat Ingliż u t-tiġdid tal-kuntratt tiegħu jindika li ċ-Chairman Daniel Levy ried ibiegħed klabbs Ewropej oħra milli jippruvaw jakkwistawh.
Matul l-istaġun l-għadda Kane skorja 41 gowl għal Tottenham u huwa indispensabbli għal Mauricio Pochettino, fejn anke dan tal-aħħar iffirma kuntratt ġdid mat-tim minn Londra.