Kane għad ifittex klabb ieħor – Rooney

Meta kien mistieden fuq il-programm televiżiv Ingliż Monday Night Football li jixxandar fuq l-istazzjon ESPN, l-attakkant ta’ Everton Wayne Rooney tkellem dwar l-iskorer prolifiku ta’ Tottenham Harry Kane.
Huwa kien tal-opinjoni illi fil-mument attwali  Kane jinsab ferħan mal-Ispurs għax qed jiskorja l-gowls iżda minkejja kollox ser jasal żmien fejn il-gowls mhumiex biżżejjed għax ikun irid it-trofej.
U huwa għalhekk illi Rooney jemmen illi Kane għad jitlaq lit-tim u jmur ifittex destinazzjoni oħra fejn ikun jista’ jirbaħ xi ħaġa. 
Rapporti fil-midja qed ikunu konsistenti meta jgħidu illi Kane mistenni jitlaq lil Tottenham sabiex jingħaqad ma’ Real Madrid fi Spanja matul l-istaġun illi jmiss.