Kane b’injury għall-bidu tas-sena

Aġġornat 11:37 PM

Jidher li Harry Kane se jkun qed jitlef il-logħob tal-kumplament ta’ dan ix-xahar wara li weġġa’ l-hamstring kontra Southampton. Dan kien irrappurtat mill-midja Ingliża.

L-attakkant ta’ Tottenham kellu jieqaf eżatt malli skurja gowl minn pużizzjoni offside tard fil-logħba. Il-logħba ntlagħbet ġewwa St Mary’s Stadium aktar kmieni llum. Kane irnexxielu jsib ix-xibka minn free-kick ta’ Christian Eriksen. Iżda sfortunatament deher iżomm koxxtu ftit tas-sekondi wara.

Il-gowl tħassar wara li l-VAR iddeċidiet li kien offside. Minfloku daħal jilgħab Erik Lamela.

Jose Mourinho baqa’ bla kliem wara dan kollu, u ftit tal-ħin wara weħel karta safra għax inqabad iħares lejn it-tattika ta’ Southampton. Southampton li kienu f’darhom żammew sod biex il-logħba għalquha bl-iskor ta’ 1-0. Din għalihom kienet it-tielet rebħa konsekuttiva.

Riżultati oħra:

Brighton & Hove Albion 1-1 Chelsea

Burnley 1-2 Aston Villa

Newcastle United 0-3 Leicester City

Watford 2-1 Wolverhampton Wanderers

Manchester City 2-1 Everton

Norwich City 1-1 Crystal Palace

West Ham United 4-0 AFC Bournemouth

Arsenal 2-0 Manchester United