​Kane barra mil-logħob wara li weġġa’ l-għaksa

Fil-partita li Tottenham lagħbu kontra Bournemouth u li rebħu bl-iskor ta’ 4-1, l-attakkant tagħhom Harry Kane kellu joħroġ minħabba injury li sofra fl-għaksa.
Dan kollu ġara fl-34 minuta meta Kane fit-tentattiv illi jaqbeż lill-gowlkiper ta’ Bournemouth Asmir Begovic ħabat miegħu u kien l-internazzjonali Ingliż illi spiċċa ħażin.
Kane pront niżel fid-dressing room tant kemm ħass uġigħ u matul il-ġurnata tal-lum se jkun qed jgħaddi minn xi testijiet mediċi sabiex jiġi magħruf kemm se jdum barra mil-logħob.
Min-naħa l-oħra, il-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate jinsab xi ftit inkwetat minħabba illi xtaqu jirkupra għal-logħbiet ta’ ħbiberija illi għandu ġimagħtejn oħra.