​“Kandidati ewroxettiċi m’għandhomx jiġu aċċettati” – Joseph Cuschieri

Il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Joseph Cuschieri qal li “l-kandidati ewroxettiċi m’għandhomx jiġu aċċettati mill-gruppi politiċi l-kbar. B’hekk id-diskors li qed jingħad ma jkun isarraf xejn”.
Ma’ Newsbook.com.mt, Joseph Cuschieri qal li hemm kandidati ġodda għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li qed jużaw lingwaġġ ewroxettiku.
Sostna li l-ewroxettiċiżmu huwa inkwetanti għall-Ewropa, anke fid-dawl tal-fatt li l-ewroxettiċi fil-pajjiżi kollha tal-Ewropa qed iżidu l-appoġġ.
Saħaq li l-agħar ħaġa li tista’ tiġri hi li jkollok kandidati li jappoġġjaw l-ewroxettiċiżmu b’mod indirett.
Joseph Cuschieri qal li jemmen li l-gruppi politiċi fosthom il-grupp tas-Soċjalisti se jkunu qed jidentifikaw dawn il-kandidati qabel l-elezzjoni u jagħmlu dikjarazzjonijiet pubbliċi kontra d-diskorsi u l-atitudnijiet tagħhom li jxaqilbu lejn l-ewroxettiċiżmu.

Ħalli kumment hawn b'ismek u kunjomok. 

Ritratt: Unjoni Ewropea