Kandidat attakkat b’sikkina; kaos fl-elezzjoni presidenzjali

REUTERS/Diego Vara/File photo

Il-kampanja elettorali għall-elezzjoni presidenzjali tal-Brazil sfat f’kaos wara li kandidat tal-lemin estrem, Jair Bolsonaro ġie attakkat b’skikkina u spiċċa f’kura intensiva xahar qabel l-elezzjoni. Jidher li huwa għandu minn tal-anqas xahar l-isptar u jista’ jieħu sa xaharejn biex jirkupra minn dawn il-ġrieħi.

Bolsonaru tul is-snin irrabja lil ħafna Brażiljani bil-kummenti estremi tiegħu, madanakollu għandu votanti konservattivi warajh.

It-tabib li opera lill-kandidat qal li l-ġrieħi interni kienu gravi u setgħu jipperikolaw il-ħajja tal-pazjent.

L-attakkant inqabgħad fil-fatt.

Ara rapport aktar dettaljat hawnekk.