Kanċer tas-sider f’wieħed minn kull 100,000 raġel

Li l-kanċer tas-sider jikkonċerna biss lin-nisa hija idea żbaljata. 

Għalkemm huwa iżjed rari, l-irġiel ukoll jista' jkun li jaqbadhom kanċer fis-sider u każi bħal dawn kull ma jmur qegħdin dejjem jiżdiedu. 

Skont studju ppubblikat dan l-aħħar mill-Università ta' Texas, matul dawn l-aħħar 25 sena, il-każi fl-irġiel żdiedu minn 0.86 għal 1.08 każ għal kull 100,000 raġel.

Fatturi li jistgħu jżidu ċ-ċans li raġel jiżviluppa din il-kundizzjoni huma l-età minħabba li l-maġġor parti tal-każijiet huma fi rġiel ta' 60 sena aktar, storja ta' kanċer fis-sider fil-familja u l-obeżità.