Kanal miżdud kien il-problema tal-għargħar fi triq f’Tal-Pietà

Transport Malta se tkun qed tinstalla kanal tal-ilma ġdid wara li l-qadim kien miżdud u kien qed jikkawża għargħar fi Triq Marina f’Tal-Pietà meta kienet tagħmel ix-xita.
Ix-xogħol li beda t-Tlieta se jkun qed isir bejn it-08:30 pm u l-04:30am sal-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa.
Fi stqarrija Transport Malta qalet li biex jitnaqqas l-inkonvenjent, it-triq direzzjoni lejn il-Belt se titħalla miftuħa għat-traffiku fuq karreġġjata waħda bejn it-08:30pm u l-11:30pm. It-triq se tingħalaq kompletament mill-11:30pm sal-04:30am.
Transport Malta qed tħeġġeġ lis-sewwieqa biex kemm jista’ jkun jevitaw iż-żona.

[googlemaps https://www.google.com/maps/d/u/1/embed?mid=19xK4rT543bIX-qjz7DXBHEsaBwPd6noc&w=640&h=480]
Ritratt: Google Maps