Kanada:Tnejn jaħarbu mill-ħabs permezz ta’ ħelikopter

Żewġ priġunieri fil-Kanada għamlu attentat riskjuż biex jaħarbu mill-ħabs li kienu jinsabu fih. Iż-żewġ priġunieri, li kienu jinsabu fil-ħabs ta’ St Jerome, ppruvaw jaħarbu billi jitilgħu ma’ ħabel ta’ ħelikopter. Dan kollu seħħ il-bieraħ għall-ħabta tas-2:20pm.

Minkejja l-attentat riskjuż, il-pulizija irnexxiela taqbad lil dawn il-priġuniera flimkien mal-pilota tal-ħelikopter. Iż-żewġ priġunieri, li t-tnejn għandhom mat-30 sena, weġġgħu huma u jaħarbu mill-ħabs.