Kamra mortwarja rinovata f’San Vinċenz de Paul

Infetħet uffiċjalment il-kamra mortwarja f’San Vinċenz mis-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Justyne Caruana.
Dan il-proġett sar b’investiment ta’ €120,000.
Justyne Caruana qalet li f’San Vinċenz għaddejjin sensiela ta’ proġetti b’risq il-kura u d-dinjità tar-residenti anzjani.
Spjegat kif il-proġett beda minn suġġeriment ta’ impjegata stess fil-faċilità,
Justyne Caruana spjegat kif din il-Kamra se tkun qiegħda toffri faċilitajiet ġodda u dinjitużi għall-familjari li jkunu qed jagħtu l-aħħar tislima lill-għeżież tagħhom u dan f’mumenti diffiċli.
Għalhekk, fost il-faċilitajiet ġodda, hemm ukoll kappella u spazju apposta għall-familjari f’ambjent li joffri l-privatezza li wieħed ikun jixtieq f’mumenti simili. 

Ritratt: DOI – Clifton Fenech