Kamra fejn jistrieħu l-qraba tal-pazjenti tal-ITU

DOI - Pierre Sammut

Ġiet inawgurata kamra ġdida fis-Sezzjoni tal-Kura Intensiva f’Mater Dei sabiex tkun tista’ tintuża mill-qraba tal-pazjenti li jkunu fl-ITU. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li jifhem li l-qraba jagħmlu ħinijiet twal ħdejn il-pazjent u hawnhekk se jkunu jistgħu jistrieħu ftit, jieħdu shower u jitrejqu.

Spjega li din il-kamra fiha żewġ sodod u hija mgħamra b’kitchenette u faċilità fejn dak li jkun jista’ jinħasel. Qal li din il-kamra tgħin l-iktar lill-ġenituri bi tfal żgħar, qraba ta’ pazjenti Għawdxin jew barranin.

Il-Ministru Fearne qal li kamra oħra se tkun qed tintuża mill-konsulenti tal-ITU biex jitkellmu mal-qraba tal-pazjenti f’ħinijiet delikati. Iż-żewġt ikmamar ġew rinovati minn Rotary Club Malta bħala waħda mill-inizjattivi ta’ Life After Drew.

F’sena jużaw l-ITU mal-1,500 pazjent.