Kampjonat Powerboats: Jirbħu Aaron Ciantar u Dominique Martini

Aaron Ciantar u Dominique Martini ġew iddikjarati rebbieħa tal-kampjonat dinji tal-powerboats Klassi V1.
Ciantar u Martini jiffurmaw it-tim ta' Chaudron. 
Il-kampjonat, li għat-tieni sena sar fil-belt Taljana ta’ Chioggia, kien iddominat mit-tim Malti li rnexxielu jirbaħ it-tliet pole positions kif ukoll it-tiġrijiet.
L-aħħar tiġrija saret il-Ħadd waranofsinhar u l-kontestanti kellhom jaffaċċjaw irjieħ u baħar qawwi.