​Kampjonat Bowling: Sara Xuereb tirbaħ il-bronż

Sara Xuereb rebħet il-midalja tal-bronż fil-Kampjonat Ewropew għaż-Żgħażagħ f’Aalborg id-Danimarka fil-bowling.
Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tenpin Bowling qalet li Xuereb ikkompetiet f’avveniment riżervat għall-aqwa 24 bowler.
Xuereb ma rnexxilhiex tikseb midalja oħra fl-avveniment tad-doubles, li fih ikkompetiet ma’ oħtha Raquel. 
Iż-żewġ aħwa kienu rnexxielhom jikkwalifikaw minn grupp ta' 60 bowler femminili.
Kurt Attard, Matthew Magro, Edward Xuereb, u Miguel Xuereb ikkompetew fil-kategorija tas-subien.
Ritratt: MTBA