Kampjonat annwali tat-tlielaq virtwali f’Malta

Kull sena, Virtual Racing Malta ttella’ kampjonat tat-tlielaq tal-karozzi u muturi b’mod virtwali. Il-kampjonat jikkonsisti f’madwar 11-il tellieqa u jintużaw vetturi ta’ għamliet differenti.
Għal din is-sena, il-klabb iddeċieda li juża karozzi bħal dawk tal-kampjonat GT3, fosthom Bentley, Ferrari, Porsche, Mercedes, BMW, Lamborghini u Mc Laren.
L-ewwel żewġ tlielaq ta’ din is-sena, li saru fit-trakka ta’ Spanja u fl-A1 Ring tal-Awstrija, intrebħu minn Jason Muscat u Mario Saliba, rispettivament.
Flimkien, Muscat u Saliba jieħdu sehem ukoll f’kampjonat internazzjonali bħala tim li jġib l-isem ta’ Malta Force GP u jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika.
Virtual Racing Malta huwa klabb li kien minn tal-ewwel li beda jorganizza kampjonati tal-eSports f’Malta.
Kull min jixtieq aktar informazzjoni jista’ jżur is-sit elettroniku ta’ Virtual Racing Malta,  jew il-paġna ta’ Facebook.