Kampijiet fiċ-Ċina jiddettaw meta l-ħabsin imorru t-toilet

FILE PHOTO: The Chinese national flag flies outside the mosque at the Xinjiang International Grand Bazar during a government organised trip in Urumqi, Xinjiang Uighur Autonomous Region, China, January 3, 2019. REUTERS/Ben Blanchard/File Photo

Read in English.

Dokumenti privati tal-Gvern Ċiniż jispjegaw kif jaħdmu l-kampijiet tad-detenzjoni f’Xinjiang. Fost affarijiet oħra, il-linji gwida ta’ kif jaħdmu l-kampijiet jiddettaw meta l-priġunieri għandhom jitħallew jużaw it-toilet.

Id-dokumenti ġew ippubblikati mill-Kosorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi (ICIJ). Qalet li rnexxielha issib linji gwida li nkitbu fl-2017 li jservu bħala manwal ta’ kif joperaw il-kampijiet.

Il-linji gwida għandhom struzzjonijiet ta’ kif jitwaqqfu nies li jipprovaw jaħarbu u kif il-kampijiet għandhom jinżammu sigrieti. Hemm sturzzjonijiet ukoll dwar meta l-priġunieri għandhom jitħallew jużaw it-toilet jew jaraw lill-qraba.