Kampanja ta’ riċiklaġġ ta’ GreenPak twassal għal għotja ta’ €17,000 lill-Istrina

Il-ħames edizzjoni tal-kampanja Nirriċikla għall-Istrina ta’ GreenPak intemmet b’suċċess meta rreġistrat ġabra rekord ta’ 11.5 miljun tapp tal-plastik li kollha flimkien jiżnu iktar minn 34.5 tunnellata.
Din l-inizjattiva ambjentali laħqet il-qofol tagħha b’għotja ppreżentata mill-membri tal-GreenPak Coop Society flimkien ma’ studenti mill-iskejjel primarji parteċipanti lill-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca, waqt il-maratona tal-Istrina 2015.