Kampanja ta’ ikkastrar tal-annimali tat-triq

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes nieda kampanja ta’ ikkastrar ta’ qtates u klieb tat-triq.

Din il-kampanja hi possibbli bl-għajnuna tal-NGO internazzjonali, ETN.

Il-kampanja se tkun qed tibda fit-3 ta’ Settembru, u tiġi fi tmiema ġimgħatejn wara fis-17 ta’ Settembru.

Roderick Galdes enfasizza dwar l-importanza li qtates u klieb li jinsabu fit-toroq jew santwarji, jiġu operati.

Huwa qal li kull NGO li għandha qtates u klieb għandhom jagħmlu użu minn din l-opportunità biex jgħinu fil-kampanja ta’ tiswija tal-annimali. 

Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja lil ETN tal-għajnuna li qed tingħata lill-Gvern permezz tal-veterinarji barranin li se joperaw l-annimali.

Roderick Galdes ma eskludiex li l-ETN tassisti lill-Gvern fi proġetti futuri oħrajn.

 

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott