​Filmat: Kampanja kontra l-ibbulljar fl-iskejjel immexxija mill-istudenti

L-istudenti Demokristjani Maltin dalgħodu bdew il-kampanja tagħhom kontra l-ibbulljar fl-iskejjel.
F’konferenza tal-aħbarijiet l-SDM ħabbret il-kampanja kontra l-ibbulljar, Draw the Line, li permezz tagħha qed iħeġġu lill-istudenti biex ikunu jafu l-limitu ta’ ċertu affarijiet biex ma jurtawx lil ħaddieħor.
Filwaqt li fl-Ingilterra l-istudji juru li 42% tal-istudenti jiġu bbullijati, il-President tal-SDM qal li x’aktarx din il-figura tapplika wkoll f’Malta.
Bħala parti mill-kampanja tagħha, l-SDM se tkun qed tniedi wkoll kampanja ta’ informazzjoni u konsultazzjoni bl-għan li f’Marzu tippreżenta pożizzjoni lill-Gvern biex ikun jista’ jwettaqha fil-politika tiegħu.