Kampanja kontra l-fastidju fuq l-internet

L-eks Membru Parlamentari Jeffrey Pullicino Orlando huwa wara kampanja kontra l-fastidju fuq l-internet.

Permezz ta’ petizzjoni onlajn, li qed titmexxa mill-Anti-Cyberharassment Alliance qed jinġabru firem ta’ dawk li huma kontra s-cyber-bullying.

Pullicino Orlando qal li diversi pajjiiżi kellhom liġijiet li jiddefenixxu u jikkastigaw lil dawk li jwettqu dak li jissejjah stalking, abbużi u bullying għal ċertu żmien.   Dan jista' jinkludi huwa qal theddid, insulti, sfurzar u jista’ jkun ibbażat fuq persuna li ma taħmilx lill-oħra, jew ir-razza tagħha, nazzjonalità, twemmin politiku jew reliġjuż jew ġeneru tal-persuna abbużata. 

Jeffrey Pullicino Orlando qal li l-Alleanza se tkun qed tinkoraġixxi l-membri parlamentari biex jindirizzaw din il-kwistjoni sabiex jinħolqu liġijiet li jirreferu għal fastidju fuq l-internet bħala offiża kriminali.