Kampanja favur arja aktar nadifa

Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat ħabbar li matul ix-xahar ta’ Settembru se tittella’ kampanja informattiva favur arja aktar nadifa.

Dan bi preparazzjoni għall-Car Free Day li din is-sena se ssir il-Ħadd 22 ta’ Settembru.

Waqt żjara ta’ kortesija mill-Ambaxxatur Ġermaniż għall-Malta Klaus-Peter Brandes, il-Ministru Brincat qal li Malta hija ħerqana li ssaħħaħ il-koperazzjoni tagħha fil-qasam ambjentali mal-Gvern Ġermaniż, b’mod partikolari fejn tidħol arja nadifa.

Il-Ministru semma kif il-Ġermanja għandha strutturi effettivi ħafna f’dawn l-oqsma u oħrajn marbutin mas-settur ambjentali fosthom l-Aġenzija tal-Ambjent Federali Ġermaniża.

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo