Kampanja Ewropea kontra l-istress mix-xogħol

L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol bdiet kampanja mqassma fuq sentejn madwar l-Ewropa kollha biex jonqos l-istess mix-xogħol.
L-ammont ta’ stress mix-xogħol fl-Ewropa huwa allarmanti fejn 51% tal-ħaddiema jbagħtu minn stress minħabba x-xogħol tagħhom.
Erbgħa minn kull għaxar ħaddiema jaħsbu li dan l-istress mhux indirizzat tajjeb fuq il-post tax-xogħol tagħhom.
Din il-kampanja Ewropea hija immirata biex min iħaddem u l-ħaddiema flimkien jikkontrollaw u jnaqqsu l-istess fuq il-post tax-xogħol.
Il-Kummissarju Ewropew għall-Impjiegi László Andor ħeġġeġ lill-intrapriżi kollha madwar l-Ewropa biex jagħrfu l-ħtieġa li jiġi kkontrollat l-istress relatat max-xogħol.
Meta jagħmlu dan, huma jkunu qed jipproteġu s-saħħa tal-ħaddiema tagħhom u l-produttività.