Kampanja biex tonqos il-burokrazija

Is-Segretarju Parlamentari Michael Falzon nieda l-kampanja Businessense u tenna li din hija parti minn kampanja biex titqajjem aktar kuxjenza dwar it-tnaqqis fil-burokrazija għall-intrapriżi ġodda.
Falzon spjega kif dan il-business development unit se jservi biex il-MEPA ssir aktar user friendly.
Is-Segretarju Parlamentari Falzon saħaq li t-tnaqqis fil-burokrazija bl-ebda mod ma hu se tnaqqas mill-kontabbilità u t-trasparenza.
Dan għaliex kull applikazzjoni se tkun qed tiġi pproċessata minn dan il-Business Development Unit ċentralizzat fi ħdan il-MEPA, u mhux b’mod distrettwali.
Michael Falzon elenka numru ta’ policies li se jkunu implimentati fosthom dik li tirrigwarda l-Floor Area Ratio, policy dwar il-fuel stations, policy għal dak li huwa bini barra ż-żona tal-iżvilupp, kif ukoll dwar is-solar farms.
Temm jgħid li ma’ dawn, għaddejja wkoll d-demerger fl-istess Awtorità, l-konsultazzjoni fuq l-ISPED, Local Plans, u xogħol iehor fil-MEPA.