​Kamp mimli attivitajiet għall-Brigata tas-Sależjani

Il-Brigata tas-Sależjani organizzat il-kamp annwali tagħha f’Għajn Tuffieħa fejn attenew mal-40 membru u 25 adult.
Attivitajiet tal-kamp kienu jinkludu għawm, logħob u kompetizzjonijiet oħra. F’serata minnhom uffiċjal ta’ Wasteserv ta sessjoni ta’ informazzjoni lit-tfal u lill-ġenituri.
Organizzaw ukoll campfire fejn ġenituri u ħbieb ġew mistiedna għal serata divertenti mimlija kant, żfin u reċti qosor. Qabel saret ukoll quddiesa.