Kamp għar-refuġjati Sirjani jieħu n-nar fil-Libanu

Minn tal-inqas persuna tilfet ħajjitha iżda numru akbar weġġgħu wara nirien kbar li ħakmu kamp għar-refuġjati Sirjani fil-Libanu.
Filmat tan-nirien juru l-kamp li spiċċa kważi fix-xejn. Skont Reuters, l-Aġenzija tal-Ġnus Magħquda għar-refuġjati (UNCHR) qalet li fil-kamp kienu jgħixu 102 familji.
Il-Libanu qed jagħtu kenn lill-madwar miljun refuġjat Sirjan.
Dana Sleiman, mill-UNCHR, spjegat li n-nirien bdew minn spiritiera.
Is-soċjetà tas-Salib l-Aħmar qalet lill-AFP li madwar 700 refuġjat ġew ekakwati.
Residenti li joqogħdu f’villaġġi fil-viċin ġrew biex jagħtu l-għajnuna u jikkontrollaw in-nirien.