Kameruniż jinżamm arrestat wara li ffroda raġel ieħor

Kameruniż ta’ 39 residenti Franza ammetta l-akkużi mressqa kontrih fosthom li ffroda raġel ieħor bil-black money scam.
Wara li l-vittma kellha suspett sar rapport mal-Pulizija u l-Kameruniż ġie arrestat fl-ajruport wara li kellu dokumenti foloż u €5,500 fi flus kontanti.
Huwa qed jinżamm taħt arrest preventiv sakemm il-Qorti tgħaddi s-sentenza tagħha nhar it-Tnejn li ġej.